Lourdes

  • Date

    10 – 14 ta’ Ottubru 2024

  • Prezz

    €689 Kull Persuna

  • Inżuru

    • Bartres
    • Lac de Lourdes
    • Col d’Ibardin
    • St Jean de Luz
    • Pont d’Espagne

Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru | Nibdew il-vjaġġ/pellegrinaġġ tagħna għal Lourdes billi fit-8.30 a.m. niltaqgħu l-Ajruport. Nagħmlu ċ-check in imbagħad fl-10.35 a.m., permezz ta’ titjira tar-Ryanair, nitilqu għal Toulouse fejn naslu fis-1.00 p.m. Fl-ajruport insibu coach li tieħodna Lourdes fil-Lukanda Mediterranee (4 stilel) jew simili. Hekk kif naslu allokazzjoni tal-kmamar u immedjatament wara mmorru nagħmlu l-ewwel żjara tagħna fil-Grotta ta’ Massabielle fejn il-Verġni Mqaddsa Marija deheret lil Santa Bernadette. Ċena u wara mmorru bħala grupp nieħdu sehem fil-Purċissjoni devota “aux flambeaux”.

Il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru | Kolazzjoni, u wara matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, niċċelebraw l-Ewkaristija fis-Santwarju, nieħdu flimkien ritratt ta’ tifkira fl-Esplanade, inżuru l-Bażilika tar-Rużarju, il-Kripta u l-Bażilika tal-Immakulata Kunċizzjoni u wara nagħmlu l-Via Sagra fuq l-għolja de l-Espeluges. Wara l-pranzu jkollna eskursjoni (optional) għal Bartres u l-Lac de Lourdes. F’Bartres, villaġġ żgħir ftit il-bogħod minn Lourdes, Santa Bernadette għexet għal żewġ perjodi. Hemmhekk inżuru l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Ġwann Battista fejn hija kienet tmur titlob. Din il-knisja hija mibnija fuq stil gotiku u madwarha nsibu ċimiterju fejn nistgħu naraw il-qabar ta’ Maria Lagues li rabbiet lil Santa Bernadette. Wara mmorru Lac de Lourdes, għadira glaċjali kbira u post meraviljuż fejn ikollna ħin rilassanti li matulu nkunu nistgħu nitpaxxew b’xenarju sabiħ ħafna. Ċena u wara ħin liberu.

Is-Sibt, 12 ta’ Ottubru | Wara l-kolazzjon, immorru eskursjoni (optional) ta’ ġurnata li matulha nżuru Col d’Ibardin u St Jean de Luz. Col d’Ibardin jinsab fil-Muntanji Pyrenees fuq il-fruntiera Franċiża / Spanjola. Fil-post hemm madwar 25 ventas – kelma Spanjola li tispeċifika negozji fuq il-fruntiera fejn ma jitħallsux taxxi Franċiżi. St Jean de Luz huwa post turistiku u bajja kennija kbira ħafna. Ir-rikkezza u l-progress tal-post huma l-aktar assoċjati mas-sajd, għalhekk hawnhekk issib ħafna ristoranti li jservu diversi tipi ta’ ħut bnin. F’St Jean de Luz nistgħu nżuru l-Knisja ddedikata lil San Ġwann Battista li ġġib it-titolu ta’ Monument Storiku. Nirritornaw il-lukanda fejn wara ċ-ċena jkollna ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Lukanda.

Il-Ħadd, 13 ta’ Ottubru | Kolazzjon u fid-9.00 a.m., flimkien ma’ pellegrini minn ħafna pajjiżi oħra nipparteċipaw fil-Quddiesa Internazzjonali, Quddiesa Solenni bil-qari tal-Evanġelju b’diversi lingwi. Din tiġi ċċelebrata fil-Bażilika San Piju X, jew kif hija magħrufa l-Bażilika ta’ taħt l-art, li tesa’ 25,000 persuna. Pranzu u wara eskursjoni (optional) għal Pont d’Espagne li jinsab madwar 1496 metru ‘l fuq mill-baħar u qiegħed eżatt mal-fruntiera ta’ Spanja. Fil-vjaġġ tagħna għal Pont d’Espagne ngħaddu minn xenarju spettakolari, qalb ħafna muntanji, widien u kanali. Pont d’Espagne huwa magħruf ħafna għall-kaskati meraviljużi. Ċena u ħin liberu.

It-Tnejn, 14 ta’ Ottubru | Wara kolazzjon u Quddiesa, immorru naraw video interessanti dwar id-dehriet u l-messaġġ ta’ Lourdes. Inkomplu bil-programm billi nagħmlu dawra li matulha naraw u fejn ikun possibbli nżuru postijiet konnessi ma’ Santa Bernadette: il-Mithna Boly fejn twieldet, il-Cachot fejn għexet flimkien mal-familja matul id-dehriet u l-Knisja Parrokkjali fejn tgħammdet li hija ddedikata lil San Ġwann Battista. Pranzu u wara ħin liberu sakemm nitilqu mil-Lukanda għall-ajruport ta’ Toulouse. It-titjira tar-Ryanair titlaq għal Malta fl-10.15 p.m. fejn tasal it-Tlieta, 15 ta’ Ottubru fin-nofs siegħa ta’ filgħodu.

Prezzijiet (kull persuna)

€689 kbar f’kamra għal tliet persuni
€699 kbar f’kamra għal żewġ persuni
€799 kbar f’kamra għal persuna waħda
€519 tfal (6-10 snin) ma’ żewġ adulti
€479 tfal (2-5 snin) ma’ żewġ adulti

Il-prezzijiet jinkludu

  • Titjiriet mar-Ryanair Malta/Toulouse/Malta
  • Bagalja ta’ 20 kilo
  • Trasferimenti Toulouse/Lourdes/Toulouse
  • 4 iljieli fil-Lukanda Mediterranee (4 stilel) jew simili
  • Kmamar kollha bis-servizzi privati
  • Bażi: 4 kolazzjonijiet / 3 pranzi/ 4 ċeni
  • It-taxxi tal-ajruport u s-service charge
  • Insolvency Fund
  • Servizzi ta’ Tour Leader u Direttur Spiritwali

Mhux inkluża fil-prezzijiet

  • €3.60 kull lejl: City Tax ta’ Lourdes li titħallas direttament fil-Lukanda.
  • €10 kull persuna: Donazzjoni lis-Santwarju li tinġabar meta nkunu Lourdes.

Eskursjonijiet (tfal iħallsu nofs prezz)

  • Bartres / Lac de Lourdes €30
  • Col d’Ibardin / St Jean de Luz €55
  • Pont d’Espagne €35

Suġġett għall-minimu eskursjonijiet imħallsa.

Travel insurance is not included and needs to be taken out. Covered by the Insolvency Fund. Booking terms and conditions listed at the end of our brochure apply and are taken as being read and consented to. Please read them carefully before booking